PARROCCA SANT' ANDRIJA

Zjara tal-Q.T. il-Papa Benedittu XVI

Ittra  ta'  radd  il-hajr  mill-E.T.  Mons  Arcisqof  Pawl  Cremona  O.P.

BIEX IL-FERH TAGHNA JIBQA’

ITTRA WARA L-VIZTA PASTORALI

TAL-PAPA BENEDITTU XVI F'MALTA  -  17-18 TA' APRIL, 2010 

 

Huti,

Ghaddejna ftit sighat flimkien inhossu l-ferh li niltaqghu madwar ir-Raghaj tal-Knisja kollha f'isem il-Mulej Gesu', il-Papa Benedittu XVI. Il-veru protagonist ta’ kollox kien l-Ispirtu s-Santu, li qanqal il-fidi li tinsab f'kull persuna. Huwa stess qalilna Fuq il-Fossos li dan “Huwa ferh li jittrasforma hajjietna u jimliena bit-tama fit-twettiq tal-weghdiet ta’ Alla”.

Dawn il-jiem urewna li f'hafna Maltin u Ghawdxin ghad hemm prezenza u xewqa tal-prezenza ta' Alla, u li din ix-xewqa qed ighixuha fi hdan il-Knisja Kattolika. Hija fidi li trid tidher f'dawk li diga' emmnu f’Alla, tinghex f'dawk li diga' ghamlu l-ghazla tal-Mulej, tinqasam ma' dawk li ghadhom ma' tlaqghux ma' Kristu. Ahna l-medjaturi ta' din il-laqgha!  

Ahna gejna u stennejna din iz-zjara pastorali tal-Papa biex niehdu minghandu t-taghlim. Izda ndunajna li ahna konna kapaci naghtuh ukoll: qsamna mieghu l-entuzjazmu tal-fidi taghna u l-imhabba taghna lejh. Dan kapaci naghmluh ukoll ma' Alla - li nferrhuh.

Il-Papa sejhilna biex naghmlu Evangelizzazzjoni gdida, ibbazata fuq il-Kelma ta' Alla, izda li tidher b'dak l-istess spirtu li bih l-appostli tal-ewwel zminijiet kienu hassew il-prezenza ta' Gesu' fosthom. Ghandna bzonn Evangelizzazzjoni gdida mhux ghaliex l-Evangelju huwa differenti, izda ghaliex is-socjeta' li fiha irid jinghex u jitwassal l-Evangelju hija differenti mis-socjeta’ fi zminijiet ohra.

Nahseb li l-Evangelizzazzjoni gdida trid tibda billi nergghu nghixu dan l-entuzjazmu tal-Fidi taghna ta' dawn il-jiem, din id-darba mhux ghax gie l-Papa, izda ghaliex fostna hemm Kristu, ma jidhirx izda prezenti fostna.

Il-prezenza ta' Gesu' rridu nghixuha bl-istess kundizzjonijiet li kellna f'dawk il-granet tal-migja tal-Papa: entuzjazmu anki jekk fost hafna aljenazzjonijiet;  ferh umli f'Gesu' u mhux fis-sahha taghna, anki meta nkunu umiljati minhabba d-dnubiet taghna; qawwa li nuru ruhna bla misthija, anki jekk l-atmosfera fis-socjeta' jew f'xi parti tal-media ma tkunx daqshekk favurina; herqa biex nisimghu l-Kelma ta' Alla bhalma kellna l-herqa biex nisimghu lill-Papa; imhabba kbira li tohrog minn gewwa fina lejn kulhadd bla distinzjoni, imhabba li fiha taghti dak li ghandek -  lil Gesu'; ghazla li tintgharaf anki mill-komunjoni u mill-ghaqda li wiehed izomm mal-Knisja fil-Komunita' nisranija, u mhux forma ta' spiritwalita' purament individwali, li m'ghandhiex il-ferh tal-laqgha u tal-ghaqda flimkien.

Min jaf kemm heggigna lil xulxin biex immorru ghal-laqghat mal-Papa u ghinna lil xulxin biex immorru. Din trid tkompli kull nhar ta' Hadd biex nghinu lil xulxin niehdu sehem fil-laqgha ma’ Gesu u ma’ xulxin fl-Ewkaristija

Dawk li gew ferhu bic-celebrazzjonijiet li hadu sehem fihom. Irrid nirringrazzja lil dawk kollha li ghenu biex dan l-ispirtu jkun jista' jesprimi ruhu b'daqshekk qawwa. Dawk il-folol li gew jitfghu responsabbilta' fuq il-Knisja kollha biex nistiednu lill-ohrajn biex jigu maghna, u li nipprovdulhom esperjenza li tghinhom jibqghu maghna. Din ir-responsabbilta' taqa' l-ewwel fuqna l-Isqfijiet u s-sacerdoti, izda tinfirex fuq il-komunita' kollha: kulhadd jista' jaghti s-sehem tieghu biex nergghu nibnu dik l-atmosfera ta' dawn il-jiem fil-hajja ta' kuljum tal-Knisja.

Din id-darba smajna mhux biss dak li jghid haddiehor fuq il-Papa, izda x-xhieda ta' diversi persuni li ltaqghu mieghu personalment, jew gew ispirati mill-ghajnejn mimlija kompassjoni u prezenza ta' Alla tal-Papa. Huma spjegaw li ghajnejh huma verament ghajnejn ta' paci, soft, ta' kompassjoni, li jiltaqghu mal-ispirtu ta' min ikun hemm quddiemu. U xi jfixkilna, sacerdoti jew lajci mghammdin, milli jaraw fina anki din l-esperjenza ta' Alla? Hekk xtered l-Evangelju fl-ewwel zminijiet kif juri l-Atti tal-Appostli, u hekk irid jixtered illum!

Huti wara l-migja tal-Papa fostna, m'ghandu jkun hemm l-ebda nisrani konvint, li jibqa' mohbi. Irridu naghmlu l-qabza, b'hafna imhabba u umilta', izda b'konvinzjoni, li nkunu nixtiequ li haddiehor jaqsam dan il-ferh, din il-fidi maghna. Wara kollox fl-ahhar tislima tieghu qabel halla dawn il-gzejjer, il-Papa Benedittu tana dan l-impenn: “Kunu ta’ ezempju, f’artkom u barra minn artkom, ta’ hajja Nisranija dinamika. Kunu kburin bis-sejha Nisranija taghkom. Ghozzu l-wirt religjuz u kulturali taghkom. Harsu lejn il-futur b’tama, b’rispett profond ghall-holqien ta’ Alla, b’reverenza ghall-hajja umana, u bi stima gholja ghaz-zwieg u ghall-integrità tal-familja! Kunu wlied denji ta’ San Pawl!”

F'dawn il-granet tkellimna fuq il-ferh tal-migja tal-Qdusija tieghu il-Papa Benedittu XVI fostna. Issa l-ikbar rigal li nistghu naghtu lill-Papa huwa li jkun jaf li hu heggigna mhux biex nibqghu nitkellmu fuqu, izda biex nitkellmu iktar fuq Gesu' f'hajjitna.

Naghtikom il-Barka tieghi.   

29 ta’ April, 2010 – Festa ta’ Santa Katarina ta’ Siena, Patruna tal-Ewropa.

 

+     Pawlu Cremona O.P.

       Arcisqof ta’ Malta