PARROCCA SANT' ANDRIJA

Zjara tal-Q.T. il-Papa Benedittu XVI

Ittra  Pastorali  mill-Arcisqof  ta'  Malta  u  l-Isqof  t'Ghawdex  fl-okkazjoni  taz-zjara  tal-Papa

                                                                            

 

"Jehtieg izda li naslu fi gzira" (Atti 27,26)

Gheziez uliedna,

Bhalma ahna dejjem emminna li n-nawfragju u l-migja tal-Appostlu Missierna San Pawl fostna ma sehhewx b'kumbinazzjoni, hekk illum inhossu li zjara pastorali fostna tal-Papa Benedittu XVI tistax tkun providenzjali ghal pajjizna.

Lill-Maltin u lill-Ghawdxin ta' elfejn sena ilu Pawlu, permezz tal-predikazzjoni tieghu u tal-waqfa tieghu fil-gzejjer taghna, laqqaghhom ma' Gesu' Kristu u permezz tal-Evangelju nissel it-tama nisranija fi qlubhom. Quddiem din iz-zjara tal-Papa fostna, u biex din il-grajja ma tkunx cerimonjali biss, ikun tajjeb nieqfu u nistaqsu. Fejn qeghdin bhalissa fil-fidi taghna u fiex qed jissarraf l-Evangelju li rcevejna tant zmien ilu u li tul l-istorja sawwar l-identità u t-tradizzjonijiet taghna? Ahna m'ghandniex dubju li jekk nifthu qalbna ghal din l-okkazjoni, jistax jkun ghalina mument ta' grazzja li jwettaqna u jsahhahna fil-fidi.

L-Ghazliet li ghandna quddiemna

Bhala isqfijiet ta' dawn il-gzejjer, dan l-ahhar sikwit tlabniekom tieqfu ftit u tixtarru sewwa l-ghazliet li bhala Knisja u bhala socjetà ghandna quddiemna llum. Pietru lill-ewlenin insara kien talab minnhom li "jkunu dejjem lesti li jaghtu twegiba lil min jistaqsihom ir-raguni tat-tama li ghandhom" (1 Pietru 3, l5). M'hemmx dubju li s-successur ta' Pietru biz-zjara tieghu ser jitlobna xi haga simili, iktar u iktar illum meta qeghdin f'dinja li sikwit titlobna naghtu raguni ghat-twemmin taghna.

Ahna konvinti li l-Papa, mhux biss bil-kelma li ser jaqsam maghna, imma wkoll bl-ispiritwalità tieghu, jistax jqajjem hafna mistoqsijiet fina u fostna dwar Kristu u l-messagg tieghu. Ahna nheggu lil kulhadd, kemm lil dawk li qed jaghmlu mixja ta' fidi, kemm lil dawk li huma mghattna taht it-toqol tad-dubji tal-fidi, biex jaghtu widen ghall-messagg tal-Papa u ma jibzghux ihalluh jisfidahom biex ikomplu jfittxu u jaghmlu domandi dwar il-messagg ta' Kristu.

Knisja Pawlina

Pawlu qieghed il-pedament tal-Knisja ta' Kristu fil-qalba tal-kultura ta' gensna. Missirijietna komplew bnew fuq dak il-pedament. L-istorja millenarja tal-poplu taghna tixhed li din il-Knisja Pawlina tat servizzi kbar b'risq is-socjetà Maltija. Hadd ma jista' jichad li bl-Evangelju li xandret, il-Knisja ghaniet il-kultura taghna. Illum, meta nhossuna f'salib it-toroq f'tant aspetti tal-hajja u tal-fidi taghna, ahna lkoll imsejhin biex il-Knisja ta' Kristu fostna naghtuha dehra zaghzugha u mgedda biex tkun tassew il-Knisja li jrid il-Mulej Gesù: Knisja li tixbah lill-ewwel komunità nisranija, Knisja mibnija qabel xejn fuq il-Kelma t'Alla u l-Ewkaristija, partikularment l-Ewkaristija tal-Hadd. Ahna ma rridux Knisja mbezzgha, bil-bibien maghluqa. Ma rridux l-anqas Knisja li, kif forsi jahsbu xi whud, trid timponi fuq l-ohrajn u fuq is-socjetà. Ahna rridu Knisja li l-qawwa taghha ggibha mill-Kelma ta' Gesù u mix-xhieda ta' dawk li huma tassew konvinti. Irridu Knisja li ma tibzax tiddjaloga mad-dinja u mal-bniedem, hu x'inhu t-twemmin tieghu jew taghha.

Mument ta' Grazzja

Intennu li dan hu mument ta' grazzja ghalina lkoll ghaliex, kif iz-zjara ta' Pawlu fostna tat ruh lill-qafas socjali ta' dak iz-zmien, hekk issa nhossu li din il-waqfa qasira tal-Papa Benedittu fostna tista' tghinna niffukaw mill-gdid fuq il-qalba ta' dak li dejjem haddanna bhala l-fidi taghna u li llum m'hemmx dubju li jehtieg imbuttatura gdida. Bil-personalità u bil-profondità tieghu, kif ukoll bl-gharfien profetiku ta' zminijietna mfisser hekk tajjeb fl-Enciklici li hu tana s'issa, il-Papa fostna jista' jghinna nifthu ghajnejna dwar il-qaghda taghna llum. Nistennew li l-Papa jurina wkoll id-direzzjoni li jehtieg niehdu biex pajjizna jkompli jhaddan vizjoni ghall-futur li ma tqarraqx, imma li tibqa' thares lejn il-fidi nisranija bhala tezor li jgholli u mhux ibaxxi d-dinjità tal-bniedem u tan-nazzjon taghna.

Quddiem it-tragedja tan-nawfragju, il-Maltin laqghu lil San Pawl, qasmu mieghu fit-tigrib, u habbewh. Fil-bahar imqalleb li ghaddejja minnu l-Knisja, u b'mod specjali l-Papa — fejn hemm min qed jipprova jsikket il-lehen profetiku tieghu — inhossu li ahna, bhal missirijietna, imsejhin biex nuru mhabbitna u r-rabta taghna mal-Papa.

Fid-dawl ta' dan kollu, nistiednu lill-poplu Malti u Ghawdxi biex fi tmiem il-gimgha li gejja, naghtu merhba lil min gej izurna f'isem il-Mulej! Inheggu lil kulhadd biex jiehu sehem fil-laqghat li huma mhejjija matul il-jumejn li l-Papa ser ikun fostna.
Billi din iz-zjara hija mument ta' grazzja, nafdawha f'idejn Ommna Marija u l-Appostlu Missierna San Pawl.

Naghtukom il-barka pastorali taghna, b'rahan ta' kull gid mis-sema.

 

                        + PAWLU CREMONA O.P.                                                                                                                 + MARIO GRECH
                              Arcisqof ta' Malta                                                                                                                                             Isqof t’Ghawdex

Ittra Pastorali rekordjata - Parti (1)   u   Parti (2)

www.maltadiocese.org