PARROCCA SANT' ANDRIJA

Zjara tal-Q.T. il-Papa Benedittu XVI

Biografija   -   Benedictus  PP  XVI

BENEDICTUS  PP  XVI

 

Joseph Ratzinger, Papa Benedittu XVI, twieled f’Marktl am Inn, Djocesi ta’ Passau, fil-Germanja, fis- 16 ta’ April, li nzerta kien Sibt il-Ghid, fl-1927. Hu kien gie mghammed dak inhar stess. Missieru, li kien pulizija, kien gej minn familja antika ta’ bdiewa, li la kienet sinjura ‘mma lanqas kienet fqira, min-naha t’isfel tal-Bavarja. Ommu kienet bint artiGjani minn Rimsting fuq ix-xatt tal-ghadira Chiem u qabel izzewget hadmet ta’ koka f’bosta lukandi.

Joseph qatta’ z-zghorija u l-adolexxenza tieghu fi Traunstein, rahal zghir qrib il-fruntiera Awstrijaka, daqs tletin kilometru boghod minn Salzburg. F’dan l-ambjent, li hu kien iqiesu ‘Mozartjan’, hu kiseb il-formazzjoni tieghu Kristjana, kulturali, u umana.

Iz-zGhozija tieghu ma kenitx hafifa. Il-Fidi u l-edukazzjoni li kien ircieva f’daru ppreparawh sew ghall-esperjenzi horox ta’ dawk iz-zmenijiet meta r-regim Nazista kien qed jerfa’ rasu kontra l-Knisja Kattolika. Iz-zaghzugh Joseph kien prezenti meta n-Nazisti sawtu bl-ahrax lill-Kappillan qabel ma bdiet il-Quddiesa. Kien precizament matul dan iz-zmien daqstant kiefer li hu sab is-sbuhija u l-verità tal-Fidi fi Kristu, naturalment dejjem grazzi ghall-mod kif il-familja tieghu dejjem tat xhieda cara u hajja ta’ tjubija u mhabba minhabba l-gheruq sodi li bihom kienet marbuta mal-Knisja.

Matul l-ahhar xhur tal-gwerra hu kien, kif nghidu bil-Malti, migbur bil-lieva  fil-korp tal-armata ta’ kontra l-ajruplani Mill-1946 sal-1951 hu studja il-filosofija u t-teologija fl-Iskola Terzjarja tal-Filosofija u tat-Teologija ta’ Freising u fl-Università ta’ Munich. Hu Gie ordnat sacerdot fid-29 ta’ Gunju 1951. Sena wara beda jghallem fl-Iskola Terzjarja ta’ Freising.

Fl-1953 hu kiseb it-dottorat fit-teologija bit-tezi “Il-Bnedmin u d-Dar t’Alla fid-Duttrina tal-Knisja skont San Wistin.”  Erba’ snin wara, taht id-direzzjoni tal-maghruf professur tat-teologija fundamentali, Gottlieb SöhnGen, Joseph Ratzinger ikkwalifika biex jghallem f’Università bit-tezi tieghu dwar “It-Teologija tal-Istorja f’San Bonavventura.”

Wara li Ghallem dwar it-teoloGija doGmatika u fundamentali fl-Iskola Terzjarja tal-Filosofija u t-TeoloGija fi FreisinG, ir-Rev. Jospeh Ratzinger mar jGhallem f’Bonn, mill-1959 sal-1963, f’Münster mill-1963 sal-1966, u f’TübinGen mill-1966 sal-1969. Matul din l-ahhar sena, 1969, hu kien l-Kap tad-dommatiku u l-istorja tad-domma fl-Università ta’ Regensburg, fejn kien ukoll Vici-President tal-istess Università.

Ta’ min jGhid illi bejn l-1962 u l-1965, ir-Rev. Joseph RatzinGer kellu sehem kbir matul il-Koncilju Vatikan II bhala “espert”; fil-fatt hu kien hemm bhala konsulent tal-Kardinal Joseph FrinGs, Arcisqof ta’ Kolonja. Il-hidma fejjieda u xjentifika tieGhu wittietlu t-triq Ghal bosta  mpenji importanti fil-Konferenza tal-Isqfijiet Germanizi u fil-Konferenza  TeoloGika Internazzjonali. Fl-1972, flimkien ma’ Hans Urs von Balthasar, Henri de Lubac, u teoloGi ohra ta’ fama, ir-Rev. Joseph RatzinGer, waqqaf il-Gurnal teoloGiku “Communio.”

Fil-25 ta’ Marzu, 1977, il-Papa Pawlu VI innominah Arcisqof ta’ Munich u FreisinG. Fit-28 ta’ Mejju tal-istess sena rcieva l-ordinazzjni episkopali. Hu kien l-ewwel qassis Djocesan fi 80 sena li ha it-tmexxija pastorali tal-Arcidjocesi kbira tal-Bavarja. Il-motto episkopali tieGhu kien: ‘Ko-operaturi tal-verità.”  Din l-Ghazla fissirha hekk: “Fuq naha wahda rajtha bhala r-relazzjoni bejn il-hidma li kelli qabel ta’ professur u l-missjoni l-Gdida fdata f’idejja. Ghalkemm fiz-zewg kazi l-mod kif wiehed imexxihom huwa differenti, madankollu l-qofol ta’ kollox hu li wiehed jimxi mal-verità u li jkun ta’ servizz. Min-naha l-ohra ghazilt dan il-‘motto’ ghaliex fid-dinja tal-lum it-tema tal-verità hi mwarrba kwazi ghal kollox, meqjusha bhala xi haga kbira wisq ghall-bniedem, u fl-istess waqt jekk il-verità titwarrab kollox jisfuma fix-xejn.” Il-Papa Pawlu VI, matul il-Koncistorju tas-27 ta’ Gunju tal-istess sena, Ghamlu Kardinal bit-titlu sacerdotali ta’ “Santa Marija Konsolatrici ta’ Tiburtino.”

Fl-1978 il-Kardinal Ratzinger ha sehem fil-Konklavi tal-25 u 26 ta’ Awwissu meta kien gie maghzul Gwanni Pawlu I, li ghazlu bhala l-Mibghut tieghu fit-Tielet Kungress Marjologiku li kien qed jigi ccelebrat gewwa Guayaquil fl-Ekwador bejn is-16 u l-24 ta’ Settembru. Fix-xahar ta’ Ottubru, dejjem tal-istess sena hu ha sehem fil-Konklavi li matulhom ntaghazel Papa Gwanni Pawlu II. Hu kien ir-rapprezentant tal-Papa fil-Hames Assemblea Generali Ordinarja tas-Sinodu tal-Isqfijiet li saret fl-1980 bit-tema: “Il-Missjoni tal-Familja Nisranija fid-Dinja tal-lum,” kif ukoll President Delegat tas-Sitt Assemblea Generali Ordinarja fl-1983 dwar “Ir-Rikonciljazzjoni u l-Penitenza fil-missjoni tal-Knisja.”

Gwanni Pawlu II kien hatru Prefett tal-KonGreGazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi u President tal-Kummissjoni Pontificja Biblika u tal-Kummissjoni Internazzjonali tat-Teologija fil-25 ta’ Novembru 1981.

Fil-15 ta’ Frar 1982, il-Kardinal RatzinGer irrizenja mit-tmexxija tieGhu tal-Arcidjocesi ta’ Munich u FreisinG. Fil-5 ta’ April 1993, il-Qdusija TieGhu Gwanni Pawlu II ghollieh ghall-Ordni tal-Isqfijiet u tah is-Sede fis-subborg ta’ Velletri-SeGni. Hu kien President tal-Kummissjoi Preparatorja tal-Katekizmu tal-Knisja Kattolika, li wara sitt snin ta’ hidma, bejn l-1986 u 1992, ipprezentat il-Katekizmu l-Gdid lill-Papa. Fis-6 ta’ Novembru 1998, il-Papa approva l-hatra tal-Kardinal RatzinGer bhala Vici-Dekan tal-KulleGG tal-Kardinali, fuq talba tal-Kardinali tal-Ordni tal-Isqfijiet. Fit-30 ta’ Novembru 2002 il-Papa approva l-hatra tal-Kardinal RatzinGer bhala id-Dekan, u flimkien ma’ dan l-ufficcju hu Gie fdat bis-Sede  tas-subborg ta’ Ostia. Fl-1999 hu kien il-MibGhut Specjali tal-Papa Ghac-Celebrazzjoni tat-Tnax-il Centinarju tat-twaqqif tad-Djocesi ta’ Paderborn, Gewwa l-Germanja li kienet saret fit-3 ta’ Jannar. Il-Kardinal RatzinGer kien ilu Akkademiku Onorarju tal-Akkademja Pontificja tax-Xjenzi sa mit-13 ta’ Novembru tas-sena 2000.

Fil-Kurja Rumana hu kien membru tal-Kunsill tas-SeGretarjt tal-Istat Ghar-Relazzjonijiet mal-Istati;  tal-KonGreGazzjonijiet ghall-Knejjes Orjentali, ghall-Adorazzjoni Divina u Ghad-Dixxiplina tas-SaGramenti, ghall-Isfijiet, Ghall-Evangelizzazzjoni tal-Gnus, ghall-Edukazzjoni Kattolika, ghall-Kleru u ghall-Kawzi tal-Qaddisin; tal-Kunsilli Pontificji ghall-Promozzjoni tal-Ghaqda Kristjana, u ghall-Kultura tat-Tribunal Suprem ghas-SiGnatura Appostolika, u tal-Kummissjonijiet Piontificji ghall-Amerika Latina, “Ecclesia Dei”, ghall-Interpretazzjoni Awtentika tal-Kodici tal-Ligi Kanonika, u ghar-Revizjoni tal-Kodici tal-Ligi Kanonika tal-Knejjes tal-Orjent.

Fost il-bosta pubblikazzjonijiet tieghu ta’ min jigbed attenzjoni specjali ghall-kitba tieghu “Introduzzjoni Ghall-Kristjanezmu” , ippubblikat fl-1968, li hija gabra ta’ tahditiet li ta fl-Università dwar il-Kredu tal-Appostli; “Domma u Predikazzjoni” (1973) li hija antologija ta’ esejs, prietki u riflessjonijiet iddedikati ghal diskussjonijiet pastorali. It-tahdita tieghu lill-Akkademja Kattolika tal-Bavarja dwar “Ghaliex Ghadni fil-Knisja”, li biex nghidu hekk ghamet hoss kbir, fiha, bis-soltu carezza tieghu jistqarr: “wiehed jista’ jkun biss Nisrani fi hdan il-Knisja, u mhux magenbha.”

Il-pubblikazzjonijiet tieghu huma mxerrda fuq numru ta’ snin u joholqu punti ta’ referenza ghal bosta nies specjalment ghal dawk interessati li jidhlu fil-fond tal-istudji dwar it-teologija. Fl-1985 ir-Rev. Joseph RatzinGer ippubblika ktieb forma ta’ intervista dwar il-qaghda tal-Fidi, ir-Rapport Ratzinger, u fl-1996 ippubblika “Melh tal-Art.” Meta ghalaq 70 sena Gie ppubblikat il-volum “Fl-Iskola tal-Verità” fejn wiehed isib artikli minn bosta kittieba li jitkellmu dwar aspetti diversi tal-personalità tieghu u dwar dak li ghamel.

Hu rcieva bosta Dottorati  “Honoris Causa”… fl-1984 mill-Kullegg ta’ San Tumas Gewwa San Pawl f’Minnesota; fl-1986 mill-Università Kattolika ta’ Lima; fl-1987 mill-Università Kattolika ta’ Eichstätt; fl-1988 mill-Università Kattolika ta’ Lublin; fl-1998 mill-Università ta’ Navarre; fl-1999 mill-LUMSA(Libera Università Maria Santissima Assunta) ta’ Ruma u fis-sena 2000 mill-Fakultà tat-Teologija tal-Università ta’ Wroclaw fil-Polonja.

Nhar it-Tlieta, 19 ta’ April, 2005, il-Kardinal Joseph RatzinGer Gie elett il-265 Papa biex imexxi l-Knisja Kattolika..

Ferm interessanti hu dak li qal fl-20 ta’ April 2005. l-ghada tal-elezzjoni tieghu bhala Papa Benedittu XVI, fl-ewwel messagg tieghu f’gheluq il-Koncelebrazzjoni Ewkaristika mal-membri tal-Kullegg tal-Kardinali fil-Kappella Sistina: “Bhalissa f’qalbi ninsab bejn halltejn,  qed inhoss zewg emozzjonijiet li jmorru kontra xulxin. Fuq naha ghandi s-sens ta’ nuqqas ta’ hila u ta’ biza’ uman waqt li qieghed wicc imb wicc mar-responsabbiltà tal-Knisja Universali, li nghatat lili l-bierah bhala Successur tal-Appostlu Pietru f’din is-Sede ta’ Ruma. Fuq in-naha l-ohra qed inhoss sens kbir ta’ gratitudini lejn Alla, li qatt ma jhalli l-merhla Tieghu wahedha, imma jmexxiha tul iz-zmenijiet kollha taht it-tmexxija ta’ dawk li Hu stess ikun ghazel bhala Vigarji ta’ Ibnu u li ghamilhom Rghajja tal-Merhla.”

Il-Quddiesa tal-Inawgurazzjoni tieghu saret fl-24 tal-istess xahar. Ghal din il-Quddiesa hu biddel id-drawwa li kull Kardinal juri l-ubbidjenza tieghu lejh, haga li ghamluha dak inhar tal-elezzjoni tieghu, billi flokom kien hemm tnax-il persuna, fosthom kardinali, membri tal-kleru, religjuzi, koppja mizzewga u wild taghhom, u membri li kienu ghadhom kif ircevew il-Grizma tal-Isqof, ilkoll biex jaghtuh merhba.

 Waqt l-Omelija fl-istess Quddiesa, il-Papa Benedittu XVI, fl-ahhar paragrafu, li hu meqjus mill-aktar importanti anzi fejn insibu l-qalba tal-messaggg tieghu, wara li rrefera ghal Gesù Kristu u ghall-Papa Gwanni Pawlu II, ikkwota l-famuzi kelmiet tal-predecessur tieghu: “Tibzghux! Ifthu l-bibien berah ghal Kristu.”

Benedittu XVI kompla hekk: “Mhux forsi b’xi mod jew iehor ahna lkoll imbezzghin? Jekk inhallu lil Kristu jidhol ghal kollox f’hajjitna, jekk nifthu lilna nfusna berah ghaliH, m’ahniex imbezzghin li jista’ jehdielna xi haga?” Hu kompla hekk: “Le! Jekk inhallu lil Kristu jidhol f’hajjitna, ma nitilfu xejn, xejn, assultament xejn minn dak li jaghmlilna hajjitna hielsa, sabiha u mill-aqwa. Le! Fil-hbiberija Tieghu biss ahna nistghu nhossu s-sbuhija u l-helsien. Meta naghtu lilna nfusna Lilu, ahna nircievu ghal mitt darba aktar milli nkunu tajna. Iva, ifthu berah il-bibien lil Kristu – u ssibu l-vera hajja.”

S’issa tana tliet Encikliki:Deus Caritas Est(Alla hu Mhabba); Spe Salvi(Salvi bit-Tama); u Caritas in Veritate(L-Imhabba fil-Verità).

Il-Papa ga ghamel bosta Missjonijiet Appostolici kemm fl-Italja kif ukoll f’pajjizi ohra…. tnejn fil-Germanja, zar il-Polonja, Franza, it-Turkija,  il-Brazil, l-Awstrija, l-Amerika, l-Awstralja, Franza, l-Afrika, il-Lvant Nofsani, u issa Malta, warajna l-Portugal, u mistenni jerga’ jzur Spanja lejn Novembru li gej.

Naturalment wiehed ma jridx jinsa t-taghlim tieghu ta’ nhar ta’ Hadd waqt l-Angelus, waqt laqghat ma’ bosta Isqfijiet, sacerdoti, u matul l-udjenzi generali ta’ kull nhar ta’ Erbgha meta jaghtina katekezi bhal ma tana dwar San Pawl l-Appostlu tal-Gnus u f’kitbiet ohra bhal dak li kiteb dwar Gesù.

Min-naha taghna Ghandna niftakru fih fit-talb taghna ta’ kuljum biex il-Mulej Alla jGhinu u jnebbhu kif ikompli jmexxi l-Knisja specjalment matul dawn iz-zmenijiet meta l-mewG qalil qed ihabbat bil-kbir mal-blata li fuqha mibnija l-Knisja li Alla fdalu f’idejh.

 

Kitba ta' Harry Agius Ordway

http://www.laikos.org/